Sunday, November 24, 2024

Tlett irġiel akkużati bi traffikar ta’ kokaina u kannabis f’Paceville

Aqra wkoll

Mohammed Diakite ta’ 28 sena mill-Mali u Mohamed Abdi u Abdikarim Isman Oma, it-tnejn ta’ 28 sena mis-Somalja, ġew akkużati quddiem il-Maġistrat Elaine Rizzo bi traffikar tad-droga fl-inħawi ta’ Paceville.

Il-Prosekuzzjoni qalet fil-Qorti li l-pulizija tal-Iskawdra ta’ Kontra d-Droga kienet għaddejja b’investigazzjoni b’rabta ma’ traffikar ta’ droga f’Paceville quddiem numru ta’ stabbilimenti ewlenin.

It-tliet persuni ġew arrestati fuq il-post u wara li saret tfittixija fuqhom instabu ammont ta’ qratas b’sustanzi suspettati kokaina u cannabis.

L-akkużati wieġbu mhux ħatja tal-akkużi filwaqt li l-avukati ta’ Diakite u Abdi ma talbux għall-ħelsien mill-arrest, id-difiża ta’ Oman għamlet din it-talba lill-Qorti.

Il-Maġistrat Rizzo ċaħdet it-talba ta’ Oman biex jingħata l-ħelsien mill-arrest filwaqt li laqgħet it-talba tad-difiża biex tinħareġ ordni ta’ qbid u ffriżar fil-konfront tat-tliet imputati. It-tlieta li huma baqgħu miżmumin taħt arrest fil-ħabs ta’ Kordin.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur John Leigh Howard flimkien mal-Avukat Julian Scicluna f’isem l-Aukat Ġenerali waqt li għall-imputati dehru l-Avukati Roberta Bonello Felice, Mario Mifsud u Martin Farrugia.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport