Saturday, May 4, 2024

Tlett irġiel arrestati wara sejba ta’ droga u €45,000 fi flus kontanti fil-Għargħur

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Ilbieraħ wara nofsinhar, il-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga arrestat tlett irġiel ta’ 28 sena, 31 sena u 53 sena f’operazzjoni oħra f’Ħal Għargħur.

Wara ġranet ta’ sorveljanza, il-Pulizija wettqu r-rejd f’razzett f’Ħal Għargħur, u minn tfittxija li saret, il-Pulizija sabet sustanza suspettata droga kokaina kif ukoll madwar
€45,000 fi flus kontanti.

L-irġiel ġew arrestati fuq il-post u ttieħdu il-lock-up tal-Pulizija fil-Furjana għal aktar stħarriġ.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin filwaqt li r-raġel ta’ 28 sena mistenni jitressaq il-Qorti aktar tard illum.

Sport