Il-Pulizija se tressaq fil-Qorti tlett irġiel fosthom b’rabta mas-serqa minn ħanut tal-logħob f’San Ġwann.
Is-serqa seħħet nhar it-Tlieta 3 ta’ Awwissu għall-ħabta tal-10:45 a.m mill-ħanut li jinsab fi Triq in-Naxxar fl-imsemmija lokalità.
Skont investigazzjoni li saret irriżulta li żewġt irġiel mgħammda u armati b’arma tan-nar daħlu fil-ħanut, serqu ammont ta’ flus kontanti mill-kexxun tal-flus u ħarbu minn fuq il-post.
Waqt is-serqa kien hemm kaxxiera ta’ 30 sena u klijent ta’ 24 sena li ma sofrew l-ebda ġrieħi.