Wednesday, April 24, 2024

L-isponsor ewlieni ta’ Manchester United mhux se jġedded il-kuntratt

Aqra wkoll

TeamViewer mhux se jġedded il-kuntratt ma’ Manchester United meta jiskadi fl-2026.

L-isponsor ta’ ħames snin li jammonta għal £235 miljun (£47 miljun fis-sena) affettwa b’mod negattiv il-prezz tal-ishma tal-kumpanija Ġermaniża tat-teknoloġija.

Infatti l-ishma tilfu 80% tal-valur tagħhom mindu ġie mħabbar il-ftehim ta’ dan l-isponsor, f’Marzu 2021 .. bil-valur tal-ishma huwa dak ta’ £9.11 mqabbel mal-£31.65 qabel ġie ffirmat il-ftehim.

Il-kumpanija sostniet li hemm fatturi oħrajn li affettwat l-ishma, fosthom il-pandemija tal-Covid-19 kif ukoll il-gwerra fl-Ukrajna.

L-isponsor preċedenti kien dak ta’ Chevrolet fejn kien iħallas £64 miljun fis-sena.

Sport