Kien fil-15 ta’ Novembru li għadda meta f’Sanson fi New Zealand seħħet traġedja kbira li ħasdet lil bosta.
F’dan li għall-ewwel deher bħala inċident, iżda wara aktar investigazzjonijiet bdew suspetti li dan kien qtil, tilftu ħajjithom Goldie ta’ sena, Hugo ta’ ħames snin u August ta’ seba’ snin.
Jirriżulta li t-tfal kienu d-dar ma’ missierhom u għal xi raġuni l-istess dar spiċċat ħuġġieġa nar. Il-missier ħareġ mid-dar u ma sofra l-ebda ġrieħi, iżda t-tfal tħallew imutu maħruqin.
L-omm ma kinitx id-dar u x’ħin waslet lura sabet kollox maħruq b’uliedha mejtin.
Għall-ewwel kollox kien jindika li dan kien inċident, iżda issa l-missier hu s-suspettat ewlieni li jista’ jkun wettaq il-qtil ta’ wliedu.

