Thursday, March 6, 2025

Tliet attakkanti msemmija ma’ Aston Villa

Aqra wkoll

Skont diversi gazzetti Ingliżi, Aston Villa identifikaw tliet attakkanti li possibbilment jistgħu jieħdu post l-iskorer prolifiku Jhon Duran li ngħaqad ma’ Al Nassr tas-Saudi Pro League.

Joao Felix ta’ Chelsea, Marco Asensio ta’ Paris St Germain u Matheus Cunha ta’ Wolverhampton Wanderers huma kollha msemmija li jistgħu jkunu l-werrieta ta’ Duran.

Id-diriġenti ta’ Aston Villa qed jaħdmu għal dawn l-aħħar sigħat sabiex jimlew dan il-vojt li xejn ma jidher faċli meta tqis li l-plejer Kolombjan tant kien qed jiskorja gowls.

Sport