Friday, May 3, 2024

Tliet djakni se jiġu ordnati saċerdoti s-Sibt li ġej

Aqra wkoll

Il-Knisja f’Malta se jkollha tliet saċerdoti ġodda. L-ordinazzjoni presbiterali mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna se ssir nhar is-Sibt, 14 ta’ Mejju 2022, fid-9:30 a.m., fil-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina, u se tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

It-tliet djakni li ser jiġu ordnati saċerdoti huma: Rev. Sean Abela mill-Parroċċa ta’ San Pawl, ir-Rabat; Rev. Jean Claude Attard mill-Parroċċa ta’ Sant’Anna, Wied il-Għajn; u Patri Robert Calleja OFM Conv.

Iċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju qed jistieden liż-żgħażagħ biex jirriflettu dwar il-possibbiltà li Alla qed isejħilhom għal ħajja saċerdotali jew reliġjuża. Filmati qosra li ħejja ċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet ilaqqgħuna mad-diversi esperjenzi li wasslu lil dawn it-tliet żgħażagħ jiskopru s-sejħa li għamlilhom Ġesù sabiex ikomplu jingħataw lill-oħrajn u jaqsmu magħhom is-sabiħ u l-ferħ li skoprew matul il-mixja għall-ħajja saċerdotali.

Il-komunità tas-Seminarju u l-Ordni Franġiskan Konventwali qed jistiednu lill-Insara biex jingħaqdu magħhom f’mument ta’ talb għal vokazzjonijiet, nhar il-Ħamis, 12 ta’ Mejju, fil-Knisja Parrokkjali ta’ Sant’Anna f’Wied il-Għajn fis-7:00 p.m.

Sport