Żewġ investigazzjonijiet separati b’rabta ma’ importazzjoni u traffikar ta’ droga, wasslu għallarrest ta’ tliet irġiel u s-sejba ta’ sustanzi varji ta’ droga f’ċirkostanzi li kienu juri li huma lesti
biex jinbiegħu.
Fl-ewwel każ, żewġ Taljani ta’ 22 sena u 19-il sena kienu arrestati waqt li l-Pulizija wettqet
konsenja kkontrollata wara li aktar qabel kien kkonfiskat pakkett suspettuż li wasal bil-posta
minn Spanja.
Fil-pakkett instabu 1.5 kilogrammi droga suspettata raża tal-kannabis, filwaqt li f’aktar
tfittxijiet fir-residenza li qed jgħixu fiha, il-Pulizija elevat diversi sustanzi oħra flimkien ma’
oġġetti relatati mat-traffikar tad-droga.
F’investigazzjoni oħra, żagħżugħ Malti ta’ 21 sena kien arrestat wara li nstab fil-pussess ta’
170 pillola suspettata ectasy, kif ukoll sustanza allegatament kokaina u magic mushrooms, bi
skop ta’ traffikar.
It-tliet persuni mistennija jitressqu l-Qorti llum, għall-ħabta ta’ nofsinhar, quddiem
il-Maġistrat Dr Kevan Azzopardi LL.D. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.









