Tkompli l-ħidma fi Spanja minħabba n-nirien kawża tas-sħana … jitilgħu għal aktar il-vittmi

0
1

Servizzi ta’ emerġenza fix-Xlokk ta’ Spanja qed jaħdmu biex jikkontrollaw għadd ta’ nirien li qed jinfirxu fil-pajjiż.  Mijiet ta’ pumpieri u speċjalisti oħra qed iwettqu l-ħidma tagħhom madwar ir-raħal ta’ Bedar fejn inqatlu minn tal-inqas 12-il persuna. 

Uffiċjali lokali fiż-żona ta’ Los Gallardos f’Almería wissew li n-numru ta’ dawk li tilfu ġajjithom  jista’ jiżdied, bil-biża’ li aktar Brittaniċi huma fost dawk li mietu. 

Mewġa ta’ sħana b’temperaturi ta’ madwar 40C ikkawżat nirien fil-bosk madwar in-Nofsinhar tal-Ewropa dan is-sajf, partikolarment fi Franza, il-Portugall u Spanja.

Temperaturi għoljin ħafna, art niexfa immens u rjieħ qawwija wasslu biex in-nar ta’ Los Gallardos jinfirex malajr nhar il-Ħamis waranofsinhar.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here