Tifel ta’ 18 -il xahar instab ħaj ġewwa kamra mortwarja tal-isptar sigħat wara li ġie ddikjarat mejjet minn tabib wara li għereq ġo pool.
It-tifel ta’ 18-il xahar, Vincent Lorenzo Fiordilino, instab wiċċu ’l isfel fil-pixxina tal-familja tiegħu f’Gilbert, Arizona. Timijiet ta’ emerġenza marru fuq il-post u t-tifel ittieħed fiċ-Ċentru Mediku Mercy Gilbert.
Inqas minn siegħa wara l-wasla tiegħu, it-tobba ddikjarawh mejjet. Madankollu, fi żvilupp straordinarju, instab li t-tifel kien għadu jieħu n-nifs wara li kien tpoġġa fil-kamra mortwarja tal-istess sptar.
Huwa ttieħed immedjatament bl-ajru lejn sptar ieħor għal aktar kura.
L-Uffiċċju tal-Avukat ta’ Maricopa issa qed jinvestiga dan il-każ









