BARRACUDAS……………. 16
BIRZEBBUGA……………… 29
(0-7, 4-5, 6-8, 6-9)
Birzebbuga żammew ir-rekord perfett ta’ rebħ fil-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni hekk kif kisbu l-ħames rebħa minn daqstant partiti meta f’konfront bejn tal-ewwel u tal-aħħar għelbu lil Barracudas bl-iskor kbir ta’ 29-16.
B’hekk Birzebbuga żammew il-kmand assolut tal-klassifika, fejn f’din il-partita kienu diġá aċċertati mir-rebħa sa tmiem l-ewwel sessjoni meta skorjaw seba’ goals mingħajr risposta. Huma għamlu l-‘en plain’ meta rebħu s-sessjonijiet l-oħra kollha bl-iskors rispettivi ta’ 5-4, 8-6 u 9-6.
Inkreddibbli kien il-player Marko Radulovic li xxala bil-kbir meta skorja xejn inqas minn 24 goals għal Birzebbuga, bil-goals l-oħra għal dawn tal-aħħar jaslu minn Malcolm Manara, Aquilina u Bugelli.
Dan sabiex l-aqwa skorer għal Barracudas kien il-player Doczi li skorja xejn inqas minn 10 goals.
Barracudas: S. Camilleri Bowman, M. Doczi (10), A. Magri, J. Abela Meli (1), W. Ruggier, R. Sciortino, J. Schembri Young (1), L. Bowman, L. Schiavone (1), G. Massa (1), L. Pursehouse (1), H. Brincat, J. Bonello, M. Agius, C. Harrison (1)
Birżebbuġa: M. Sladden, N. Bugelli, M. Cassar (2), J. Abdilla, J. Ciantar, M. Manara (1), M. Radulovic (24), A. Aquilina (1), D. Farrugia, M. Cutajar, M. Aquilina, M. Curmi, S. Livori, L. Axisa, R. Bugelli (1)
Referees: Daniele Bianco, Alex de Raffaele









