Is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci ħabbret li llum kellna tliet każi ġodda ta’ Coronavirus f’pajjiżna. Dawn il-każi nstabu minn fost 731 test li saru matul l-aħħar 24 siegħa.
Gauci qalet li issa hemm 77 każ attiv, peress li fiequ seba’ pazjenti oħra minn dan il-virus.
Intant, hi kompliet tagħmilha ċara li minkejja li ġew rilaxxati l-miżuri, dan ma jfissirx li l-anzjani u l-persuni vulnerabbli għandhom joħorġu. Spjegat li l-persuni vulnerabbli għandhom jibqgħu ġewwa u ma joħorġux ħlief għal każi fejn ma jistgħux jagħmlu mod ieħor.