Sunday, December 22, 2024

Tliet persuni akkużati b’serq jingħataw il-ħelsien mill-arrest

Aqra wkoll

Illum quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima tressqu b’urġenza tliet persuni b’rabta ma’ serqa ta’ madwar €13,000 minn ‘Convenience shop’ f’Masraskala.

L-Ispettur Joseph Mercieca spjega lill-Qorti li minn investigazzjoni tiegħu rriżulta li minn filmati ta’ CCTV wasal biex jarresta tnejn mill-akkużati filwaqt li t-tielet persuna taħdem fl-istess ħanut. Il-każ ilu jiġi investigat madwar ġimgħa u wara li lbieraħ ġie arrestat it-tielet persuna, aktar kmieni llum ġew akkużati t-tlieta f’daqqa fuq l-imsemmija serqa.

Filwaqt li l-akkużati wieġbu li mhumiex ħatja tal-akkużi, il-prosekuzzjoni opponiet illi l-akkużati jingħataw il-ħelsien mill-arrest. L-avukati difensuri Franco Debono, Arthur Azzopardi u Herman Mula argumentaw favur il-fatt li l-klijenti tagħhom għandhom jingħataw il-ħelsien mill-arrest.

Il-Qorti tathom il-ħelsien mill-arrest bil-kundizzjoni ta’ €3,000 depositu u garanzija personali ta’ €10,000, kif ukoll iffirmaw l-għassa tal-Pulizija kuljum.

Ekonomija

Sport