Saturday, May 4, 2024

Isofri ġrieħi fidu waqt ħidma f’fabbrika f’Ħal Luqa

Aqra wkoll

Żagħażugħ ndarab gravi wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-11:00 a.m kien involut f’inċident ġo fabbrika fi Triq Valletta, Ħal Luqa. 

Minn investigazzjoni li saret irriżulta li żagħżugħ mill-Mali ta’ 27 sena u residenti Ħal Luqa, sofra xi ġrieħi f’idu waqt li kien qiegħed juża conveyor belt. 

Hu ngħata l-assistenza minn tim mediku fil-post sakemm seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija rigward dan l-inċident għadhom għaddejjin. 

Sport