Sunday, July 27, 2025

Tliet persuni f’Pariġi mixlija b’kompliċità fil-qtil tal-qassis Jacues Hamel

Aqra wkoll

Matul il-jum tal-bieraħ ġewwa Pariġi beda l-proċess quddiem il-qorti kriminali fil-konfront ta’ tlett irġiel akkużati b’kompliċità fil-qtil tal-qassis Jacues Hamel fl-attakk li l-militanti tal-Istati Iżlamiku kienu refgħu r-responsabbiltà tiegħu. 

Il-qassis kien inqatel fis-26 ta’ Lulju tal-2016 minn żewġ ġiħadisti ġewwa l-knisja ta’ Saint-Étienne-du-Rouvray, fin-Nofsinhar ta’ Rouen. Dakinhar il-pulizija kienu qatlu lill-aggressuri hekk kif dawn ħarġu mill-knisja. Dawn kienu Adel Kermiche u Abdel-Malik Petitjean. 

It-tliet persuni li issa qed jidhru quddiem il-qorti – li huma Jean-Philippe Jean Louis, Farid Khelil u Yassine Sebaihia –  qed jiġu mixlija li kienu parti mill-grupp responsabbli għal dan l-attakk. Dawn it-tlett irġiel qed ikunu akkużanti “b’kospirazzjoni kriminali terroristika”, kif ukoll akkużati li kienu jafu bil-pjanijiet tal-attakk, kienu jaqsmu l-istess ideoloġija jew li pprovaw jivvjaġġaw lejn is-Sirja. 

Ma’ dawn it-tlieta qiegħed jiġi mixli in absentia ċertu Rachid Kassim. Aktarx dan l-individwu kien safa matul fl-Iraq fl-2017. 

Sport