Wednesday, April 24, 2024

Aġġornat: Tliet persuni l-Isptar wara inċident tat-traffiku f’Ħal Tarxien

Aqra wkoll

Żewġ nisa ta’ 49 sena u 71 sena sofrew ġrieħi gravi filwaqt li l-ġrieħi mara ta’ 44 sena għadhom mhux magħrufa.

Dan hekk kif dalgħodu għall-ħabta tad-9.00am. seħħ inċident tat-traffiku fi Triq San Anard, Ħal Tarxien.

Mill-ewwel investigazzjonijiet rriżulta li seħħet ħabta bejn van Toyota Hilux misjuq minn raġel ta’ 47 residenti Ħal Tarxien u karozza Opel Corsa misjuqa minn mara ta’ 44 sena residenti Ħal Għaxaq.

Fit-Toyota kien hemm passiġġiera żewġ nisa ta’ 49 u 71 sena residenti l-Fgura.

Tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili taw l-għajnuna, ambulanza ħadet lit-tliet nisa l-Isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard il-mara ta’ 44 sena rriżulta li kienet sofriet minn ġrieħi ħfief.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport