Tuesday, December 24, 2024

Tliet persuni mmultati €700 kull wieħed wara li ħarqu twapet u skart f’Qalet Marku

Aqra wkoll

Tliet persuni ġew immultati €700 kull wieħed. Dan wara li tressqu il-Qorti u ammettew li ħarqu skart u tapiti fil-kampanja.

Dan qalitu l-Malta Ranger Unit f’messaġġ fuq Facebook, fejn spjegat li kienu rangers mill-Unt tagħhom li nnutaw li kien hemm dawn it-tliet persuni jaħarqu l-iskart.

Huma spjegaw li l-każ imur lura għar-rebbiegħa tas-sena li għaddiet, fejn f’filmat li rnexxielhom jaqbdu x-xena ta’ dak li kien qiegħed jiġri u għaddew kollox lill-Pulizija.

Ekonomija

Sport