Monday, May 13, 2024

Marsaxlokk u Gzira Utd jieħdu punt kull wieħed

Aqra wkoll

Marsaxlokk ……..1

Gzira United ……1

F’konfront mill-aktar bilanċjat u akkanit, Marsaxlokk u Gzira United temmew  fi draw ġust ta’ 1-1.

Filwaqt li wieħed jista’ jgħid li dan huwa punt mirbuħ mill-Maroons, ix- Xlukkajri fallew żewġ punti importanti fit-tentattiv tagħ­hom li jkomplu jisfidaw għar-raba’ post.

Kien biss fit-23 minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota meta Lucas Macula kellu x-xutt tiegħu salvat mill-goalkeeper Matthew Calleja Cremona, biex mir-rebound Thaylor Aldama tefa’ ġewwa, iżda r-re­feree, Fyodor Zammit, kien pront u ħassar dan il-goal minħabba li ġġudika li dan tal-aħħar kien jinsab proprju f’pożizzjoni ta’ offside.

Huma komplew fuq l-offenisva u fit-32 minuta reb­ħu penalty meta Jake Ghio waqqa’ lill-player ta’ Gzira fil-kaxxa.

Mill-11-il metru, inkariga ruħu l-Brażiljan GABRIEL BOHRER MENTZ li ma żbaljax, hekk kif permezz ta’ xutt fil-baxx tefa’ l-ballun naħa u lil Calleja Cremona in-naħa opposta, b’dan ikun is-sitt goal staġjonali tiegħu.

Fit-58 minuta Marsaxlokk għamlu l-iskor indaqs meta ngħataw penalty wara li  YURI DE JESUS MESSIAS, twaqqa’ fil-kaxxa u li minnu ma żbaljax.

Fil-71 minuta Gzira fal­lew ċans tad-deheb li jmorru fil-vantaġġ meta Kyle Spence minn taħt il-lasti tefa’ inkreddibilment barra.

L-iskor baqa’ ma nbidilx sa tmiem il-partita, biż-żewġ timijiet jieħdu punt kull wieħed.

MARSAXLOKK: 1-Matthew Calleja Cremona, 3-Weder Da Silva Soares, 4-Karl Micallef, 6-Nikolai Muscat (30-Ryan Scicluna 81), 8-Jake Ghio (33-Diego Pires Dall’Oca 64), 10-Yuri De Jesus Messias, 11-Duane Bonnici (9-Fabricio Brener 87), 23-Samuel Boakye (99-Anthony Obonogwu 46), 27-Leandro Aguirre, 28-Nikola Raden, 88-Sunday Akinbule   – Coach: Winston Muscat

GZIRA U.: 30-Darijan Zarkov, 2-Carlo Filho Conceicao, 3-Gabriel Bohrer Mentz, 7-Thaylor Aldama, 8-Zachary Scerri, 9-Marcelo Dias, 11-Lucas Macula, 20-Farid Romero Zuniga, 47-Brookyln Borg (19-Kyle Spence 64), 93-Thiago Espindola (21-Zachary Cassar 63), 98-Jackson Mendoza (16-Luis Carlos Riascos 77)   – Coach:Andrew Cohen

REFEREE: Fyodor Zammit

ASS. REFEREES: Mitchell Scerri, Robert Curtis

RABA’ UFF: Emanuel Grech

SKORERS: G. Bohrer Mentz 32 pen (GU), Y. De Jesus Messias 58 (M)

AMMONITI: J. Ghio, D. Bonnici, A. Obonogwu, K. Micallef (M), Z. Scerri, T. Aldama (GU)

Sport