Saturday, May 4, 2024

“L-Assassinju ta’ Daphne Caruana Galzia seħħ biex jagħlqulha ħalqha”

Interrvista mal-Eċċellenza tagħha Myriam Spiteri Debono

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

“L-assassinju ta’ Daphne kien serju u serju b’mod akut. Fil-fatt kont għedt li dan seħħ biex jagħlqulha ħalqha, jiġifieri daħlu l-prinċipji tal-libertà tal-ħsieb, daħlu l-prinċipji tad-doveri ta’ min hu ġurnalist li għamel skrutinju u jinvestiga. Jiġifieri dak kien fuq ċertu livell”.

Dan iddikjaratu l-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, fl-intervista ma’ dan is-sit b’referenza għad-diskors li għamlet wara l-ħatra, fejn semmiet il-ġerħa tal-qtil ta’ Daphne Cauana Galizia, ta’ Karin Grech u ta’ Raymond Caruana.

Meta mistoqsija dwar x’qed tistenna li jsiru fuq dawn u kif jistgħu jfiqu dawn
il-ġrieħi, il-President qalet li l-qtil ta’ Karin Grech seħħ fuq livell ieħor, minħabba li dak iż-żmien kien hemm l-istraj tat-tobba fis-Sebgħinijiet. Żiedet tgħid li dejjem kienet tinħass li din kienet immirata għal missierha u li għalhekk ma kinitx indirizzata lilha.

Dwar il-Professur Grech, li jiġi missier Karin, hija qalet; “Il-Profs, Alla jtih il-Glorja
tal-Ġenna, l-establishment kien jarah bħala strajk breaker u konna qegħdin f’dak
il-livell.”

B’referenza għall-qtil ta’ Raymond Caruana, Spiteri Debono qalet li ma kienx hemm motif għall-qtil tiegħu, tant li ma kienx hemm motif li dakinhar li seħħ l-allega qtil riedu joqtlu lil xi ħadd li kien qiegħed fil-każin Nazzjonalista; u wisq anqas motif li joqtlu lil Raymond innifsu. Irrimakat li din kienet “qisha
kważi intortament, ksuħat, qisu xi ħadd irid juri li hawn
ħa, arani. Kienet kerha eh… kerha u kerha immens.”

Dwar il-qtil ta’ Grech u Caruana, Spiteri Debono ddeskriviethom bħala li ma
kellhomx ‘closure’ u li dawk xorta għadhom qishom qegħdin jiġru magħna. Fil-każ talqtil ta’ Daphne, il-President qalet li hemm lok li noħorġu minnha l-ġid, minħabba l-fatt li r-regolazzjoni tal-midja, illum twessgħet u twessgħet ħafna.

Kompliet tispjega li l-iktar li jridu jitkellmu u jaraw x’qed jistennew huma min hu impenjat u min għandu xogħolu fil-midja. Stqarret li temmen ħafna li lill-midja
f’pajjiżna ntuha post b’mod formalizzat, bħala r-raba’ pilastru tad-demokrazija.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport