Sunday, May 19, 2024

Rebħa komda għal Naxxar Lions fuq Gudja United

Aqra wkoll

Gudja U. ……..2

Naxxar L. …….4

Naxxar Lions  għelbu lil Gudja United bl-iskor ta’ 4-2 u filwaqt li ftit tal-ġimgħat ilu kkonfermaw posthom fil-Kampjonat Premier, issa jinsabu wkoll f’pożizzjoni li jistgħu jisfidaw għar-raba’ post li jista’ jfisser post fil- UEFA Conference League.

Huma għelbu lit-team li jinsab fil-qiegħ tal-klassifika, diġá relegat u għadu qed ifittex l-ewwel rebħa.

Il-protagonista ta’ din ir-reb­ħa kien l-attakkant Brażiljan, Pedro Augusto Servio De Carvalho (7, 14, 90) li skorja hat-trick personali, bil-goal l-ieħor jasal minn Robinson Blandon Rendon, fit-18-il minuta.

Dan filwaqt li ż-żewġ goals ta’ Gudja waslu minn Gian­luca Zammit (28) u Matias Muchardi (60).

Gudja U.: 1-Felix Lehtnen, 7-Shaisen Attard (92-Joseph Ime 71), 11-Matias Muchardi, 17-Aldair Quintero, 19-Mathias Conti (9-Ibrahim Salis 81), 21-Luca Gatt, 28-Rodrigue Nanitelamio, 39-Zak Grech (4-Jamie Cutajar 57), 77-Aidan Jake Friggieri, 88-Mirko Esposito, 99-Gianluca Zammit (27-Saviour Nwafor 71) – Coach: Renzo Kerr-Cumbo

Naxxar L.: 1-Matthias Debono, 5-Fernando Barbosa Pereira, 8-Neil Pace Cocks, 9-Pablo Aususto Servo De Carvalho, 15-Ryan Gilmour Cassar, 16-Robinson Blandon Rendon, 17-Takuma Yamaguchi (3-Nikolai MIcallef 81), 22-Wiliiam Marcilio Da Silva (20-Elizeu Espirito Santo 72), 23-Maicon De Souza Da Silva, 26-Ito Yasukaze, 33-Joao Vitor Moura Cardoso – Coach: George Vella

Referee: Glen Tonna

Ass. Referees: James Muscat, Thomas Debono

Raba’ Uffiċjal: Andrea Sciriha

Skorers: G. Zammit 28, M. Muchardi 60 (GU), P. A. Servo De Carvalho 7, 14, 90, R. B. Rendon 18 (NL)

Ammonit: G. Zammit (GU)

Sport