Hekk kif AC Milan qed jaħdmu fuq il-plejers li beħsiebhom jakkwistaw, id-diriġenza tal-klabb qed taħseb ukoll sabiex tneħħi xi elementi fl-iskwadra li ma tantx se jiġu utli għall-kowċ Stefano Pioli.
Fil-fatt, diversi ġurnali Taljani semmew lil Divock Origi, Ante Rebic u Yacine Adli li beħsiebhom jippakkjaw il-bagalji u jmorru f’xi destinazzjoni oħra.
Origi mistenni jmur ma’ West Ham filwaqt li Rebic għandu futur Tork ma’ Besiktas. Finalment il-Franċiż Adli qed jiġi segwit minn OSC Lille.