Friday, December 20, 2024

Tliet Rumeni jeħlu 54 xahar ħabs kull wieħed fuq pick-pocketing

Aqra wkoll

Tliet Rumeni ntbagħtu 54 xahar ħabs u mmultati €10,000 kull wieħed wara li wieġbu ħatja għal sensiela ta’ serq magħruf bħala pick-pocketing. 

L-irġiel huma Theodor Dumitrescu ta’ 55 sena, Vasilica-Ionel Harabagiu ta’ 40 sena u Marian Tenescu ta’ 41 sena. 

Huma kienu mixlija li f’Ġunju u Lulju tal-2021 serqu ħames passiġġieri waqt li kienu qed jivvjaġġaw fuq tal-linja.

Huma kienu mixlija wkoll b’ħasil tal-flus, li assoċjaw ruħhom ma’ persuni oħra bl-iskop li jagħmlu reat, li laqgħu għandhom ħwejjeġ misruqa u li saru riċedivi.

Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech sabithom ħatja tal-akkużi miġjuba kontra tagħhom u minbarra l-piena ta’ ħabs u multa, ordnat li tiġi kkonfiskata s-somma ta’ €178,855 mingħand it-tliet Rumeni.

Ekonomija

Sport