Wednesday, April 24, 2024

Tliet snin ħabs għal seftura li serqet minn żewġ residenzi

Aqra wkoll

Ingliża ta’ 41 sena residenti Santa Venera kienet ikkundannata tliet snin ħabs effettivi wara li ammettiet li serqet minn żewġ residenzi fejn kienet taħdem ta’ seftura.

Seliam Ann Elbueshi Perry kienet mixlija li bejn Diċembru 2017 u Marzu 2018 serqet ġojjelli u oġġetti oħra minn ġewwa appartament li jinsab fi Triq Hughes Hallet, Tas-Sliema. 

Hija kienet mixlija wkoll li bejn Settembru 2017 u Ottubru 2017 serqet ċurkett u oġġeti oħra minn ġewwa apparatment fi Triq L. Zamenhof, l-imsida.

Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace semgħet lil Perry tiddikjara li hi ħatja tal-akkużi miġjuba kontra tagħha, u b’hekk dawn l-akkużi kienu ġew ipprovati.

Il-Maġistrat Micallef Stafrace rat ukoll li Perry għandha fedina penali nadifa iżda ma setgħetx ma tiħux konsiderazzjoni tal-gravità tal-akkużi li bihom hija ġiet akkużata billi kisret għalkollox il-fiduċja ta’ min kien fdaha u daħħalha f’daru. 

Kien għalhekk li fuq ammissjoni, sabitha ħatja u kkundannatha tliet snin ħabs.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Jonathan Ransley.

Sport