Monday, June 9, 2025

Tliet snin ħabs għal Somalu li seraq kartiera u mowbajl

Aqra wkoll

Somalu ta’ 20 sena tressaq il-Qorti kien mixli li fl-aħħar ta’ Mejju ta’ din is-sena, seraq kartiera u mowbajl bi vjolenza fuq żagħżugħ Indjan.

Fil-Qorti, ġie spjegat li l-istess serqa seħħet filgħodu kmieni fl-inħawi ta’ Ġnien Spinola f’San Ġiljan. Huwa ġie akkużat ukoll li kkawża ġrieħi ta’ natura ħafifa fuq il-ġuvni Indjan.

Quddiem il-Maġistrat Nadia-Helena Vella, huwa ammetta l-akkużi miġjuba kontrih u ġie kkkundannat tliet snin priġunerija. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport