Sunday, November 3, 2024

Tliet snin ħabs talli għen biex Arsema tinħareġ minn Malta

Aqra wkoll

Mohamed Said Ahmed, Somalu ta’ 34 sena, kien ikkundannat tliet snin ħabs wara li nstab ħati li għen persuni oħra biex jidħlu u joħorġu minn Malta b’mod illegali f’Ottubru tal-2020 u anke fix-xhur ta’ qabel.

Ahmed kien akkużat b’xejn inqas minn 16-il akkuża, li jinkludu fost oħrajn li assista fil-ħarba taċ-ċkejkna Arsema, li dak iż-żmien kellha seba’ snin, u ommha billi provdielhom il-faċiltajiet kollha nkluż il-passaport biex ikunu jistgħu jitilqu minn Malta. 

It-tifla, li kienet b’care order, kienet ittieħdet barra minn Malta minn ommha bijoloġika b’mod illegali iżda nġiebet lura Malta f’Marzu li għadda wara proċess twil li ħadmu fuqu diversi entitajiet Maltin. Illum hija tinsab għand il-foster parents tagħha.

Mohamed Said Ahmed kien akkużat li għal dawn ir-reati uża passaporti maħruġa f’isem ħaddieħor fosthom passaporti Maltin u li kellu l-kannabis fil-pussess tiegħu d-droga kannabis. 

Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Gabriella Vella semgħet lill-akkużat jammetti għal total ta’ 13-il akkuża kif mibdula mill-Avukat Ġenerali u kkundannatu piena ta’ tliet snin priġunerija flimkien ma’ multa ta’ €2,300.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Frankie Sammut, John Spiteri u Dorianne Tabone.

Sport