Sunday, November 24, 2024

Tliet snin ħabs wara li seraq u weġġa’ anzjana

Aqra wkoll

Żagħżugħ ta’ 25 sena min-Nepal intbagħat tliet snin ħabs wara li nstab ħati li f’Lulju li għadda kkaġuna ġrieħi ħfief fuq anzjana ta’ 74 sena u seraqha.

Il-każ seħħ fis-27 ta’ Lulju, għall-ħabta tat-3.30 p.m., meta l-Pulizija daħlilha rapport li anzjana li kienet miexja fit-triq f’San Pawl il-Baħar sfat aggredita u persuna jew persuni ħatfulha l-portmoni minn idejha. Il-Pulizija kienu identifikaw lil Sapkota permezz ta’ filmati tas-sigurtà li kienu ġabru mill-inħawi li fihom seħħ il-każ.

Sapkota wieġeb ħati tal-akkużi kontrih u qal li kien qed jiddispjaċih ta’ dak li għamel.  

Fis-sentenza tiegħu, il-Maġistrat Joe Mifsud saħq li l-anzjani jridu jingħataw protezzjoni assoluta.

Sport