Monday, May 13, 2024

Qattus milqut biċ-ċomb “mar ħdejhom” bħal donnu biex jgħidilhom x’kien ġara

Aqra wkoll

Żagħżugħ qiegħed jallega li qattus inqatel minn kaċċatur wara li stqarr li riżultati tal-x-rays sabu li dan l-annimal kien mimli ċomb. Huwa qal li l-familja ħadet id-deċiżjoni li traqqad il-qattus għaliex kien qiegħed ibati ħafna.

F’kuntatt ma’ dan is-sit, iż-żagħżugħ allega li f’dan iż-żmien meta jiftaħ l-istaġun tal-kaċċa dejjem jonqsu xi qtates “stray” li jitimgħu fil-limiti tal-Baħrija.

Allega li s-soltu dawn “jogħsfru” u ma jkunux jafu x’sar minnhom, però qal li Marley bil-ftit saħħa li kien fadallu mar ħdejhom ferut biex bħal donnu “jgħidilhom x’kien ġara”.

Iż-żagħżugħ tenna li għall-ewwel huwa ħaseb li kien ittajjar minn xi karozza però saħaq li l-veterinarju kkonferma miegħu li kienu sparawlu mill-viċin għal rasu.

Sport