Tuesday, April 23, 2024

Tliet snin mill-mewt tal-missjunarju Dun Ġorġ Grima

Aqra wkoll

Minn Joe Grech 

Tliet snin ilu l-Mulej għoġbu jsejjaħ fi ħdanu lill-missjunaru Għawdxi Dun Ġorg Grima fl-età ta’ 67 sena. Dun Ġorġ baqa’ jaħdem sal-aħħar nifs ta’ ħajtu għall-familji foqra, għall-edukazzjoni ta’ tfal foqra u abbandunati kif ukoll tfal diżabbli.

Fil-fatt fl-aħħar ġimgħa ta’ Awwissu ta’ dik is-sena kien għal sigħat twal preżenta waħdu l-aħħar maratona tiegħu b’risq il-Moviment Missjunarju Ġesù fil-Proxxmu, moviment li waqqaf hu stess 33 sena. L-għada tal-maratona kien qalli, “x’ħin spiċċat il-maratona kont għajjien ħafna u bilkemm stajt ikompli, qalli wkoll għall-ħniena tal-ħanin Alla għamilniha u rringrazza lil dawk kollha li taw sehemhom kif ukoll lill-Maltin u Għawdxin tal-għajnuna tagħhom”.

Lejliet qabel ma mar l-isptar mort naraħ id-dar u sibtu għajjien fis-sodda, kienu qed jippakjawlu biex imur l-isptar, qalli, “li din id-darba se tkun diffiċli”, infatti kien qed jiġi rikoverat l-isptar minħabba l-operazzjoni tal-bypass fejn il-Mulej għoġbu isejjaħlu biex ikompli bil-ħidma missjunarja tiegħu aktar viċin Tiegħu.  

Dun Ġorġ Grima jibqa’ mfakkar mhux biss fostna iżda ukoll ‘l bogħod minn xtutna bħala l-fundatur tal-Moviment Missjunarju Ġesù fil-Proxxmu fejn tul il-missjoni tiegħu bil-għajnuna tal-Poplu Malti u Għawdxi fetaħ proġetti soċjali b’risq tfal u familji fqar il-Brażil, l-Etjopja u l-Kenja. Dun Ġorġ kien missier ta’ madwar 23,000 tifel u tifla,  tfal u familji li m’għandhomx saqaf fuq rashom, ried imantnihom, u jedukahom bi spejjeż kbar. 

Il-ħidma ta’ dawn il-proġetti soċjali li Dun Ġorġ beda għal dawn it-tfal morda u orfni qed tiġi mwettqa min Dun Alex Cauchi missjunarju Għawdxi li kellu esperjenza ta’ 23 sena bħala missjunarju fil-Brażil. Għalhekk iħeġġeġ għal aktar għajnuna biex il-missjoni li beda l-predeċessur tiegħu tkun tista’ titkompla.

Bħala tifkira mill-mewt ta’ Dun Ġorġ, illum il-Ġimgħa, fil-Bażilika ta’ San Ġorġ fis-7.00 p.m. se ssirlu quddiesa mmexxija minn Dun Pawl Cardona. Delegat għal-Kleru.

Sport