Thursday, March 28, 2024

AĠĠORNAT: Erba’ każi ta’ persuni li reġgħu rriżultaw pożittivi għall-virus

Aqra wkoll

Anzjan ta’ 90 sena huwa d-29 vittma tal-Covid-19 f’pajjiżna. Qalet dan is-Supretendent tas-Saħħa Pubbliku l-Professur Charmaine Gauci waqt il-konferenza tal-aħbarijiet li matulha tat aġġornament dwar il-pandemija f’pajjiżna.

Gauci qalet li l-anzjan irriżulta pożittiv għall-Covid-19 fil-5 ta’ Settembru wara li ddaħħal għall-kura fl-Isptar Mater Dei. Wara li kompla jirċievi l-kura fl-Isptar St Thomas, ilbieraħ reġa’ ddaħħal l-Isptar Mater Dei wara li l-kundizzjoni medika tiegħu qalbet għall-agħar. Huwa miet aktar kmieni dalgħodu.

Intant mill-2,545 swab test li saru matul l-24 siegħa li għaddew, irriżultaw 31 każ pożittiv. Fl-istess waqt kien hemm 70 persuna li rkupraw mill-virus.

Dan wassal biex in-numru ta’ każi attivi niżel għal 639.

Matul dawn l-aħħar jiem Malta rreġistrat żieda sinjifikanti f’dak li huwa n-numru ta’ mwiet relatati mal-Covid-19. Filfatt minn nhar is-Sibt li għadda n-numru tal-vittmi tela’ bi 13, biex għaldaqstant in-numru totali tal-imwiet jammonta għal 29 persuna.

Informazzjoni miċ-Ċentru Ewropew għall-Kontroll tal-Mard jindika li Malta hija attwalment il-ħames l-aktar pajjiż fl-Unjoni Ewropea b’numru ta’ każi għal kull 100,000 persuna. Fl-istess waqt hija t-tielet l-aktar pajjiż fl-UE fir-rigward ta’ mwiet għal kull 100,000 persuna matul dawn l-aħħar 14-il persuna.

Fl-aġġornament tagħha l-Prof. Gauci tenniet li hemm erba’ persuni oħrajn li qed jirċievu kura fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-Isptar Mater li l-kundizzjoni tagħhom hija deskritta bħala li mhijiex stabbli. Mis-639 każ attiv, 37 pazjent qed jirċievu kura fl-isptar filwaqt li l-bqija qed jirkupraw mid-dar.

Tenniet li filwaqt li n-numru ta’ każi kompla jiżdied, hija qalet li ż-żieda kienet assoċjata l-aktar ma’ cluster partikolari, u li n-numru ta’ każi relatati ma’ dan il-cluster naqas matul dawn l-aħħar ġranet.

Il-Professur Gauci qalet li n-numru ta’ każi relatati ma’ attivitajiet tal-familja għadhom jattribwixxu l-akbar sors ta’ każi ġodda, tant li fi żmien ġimgħa kienu reġistrati 76 każ ġdid.

Hija spjegat li kien hemm 29 każ ġdid li huma relatati ma’ djar tal-anzjani, 21 każ marbutin ta’ trasmissjoni tal-virus fuq il-post tax-xogħol, 11-il każ relatati ma’ attivitajiet soċjali, u 11-il każ ieħor marbutin mal-cluster ta’ Paceville. Fl-istess waqt qalet li f’Għawdex hemm biss ħames każi attivi.

Il-Prof. Gauci qalet ukoll li s’issa kien hemm erba’ każi ta’ persuni infettati bil-Covid-19 li wara li rriżultaw negattivi minn testijiet li sarulhom sussegwentement kienu rriżultaw pożittivi mill-ġdid għall-virus. Hija spjegat li dan jista’ jseħħ minħabba li l-virus minkejja li jkun preżenti f’pazjent ma jkunx attiv (dormant), jew inkella l-persuna terġa’ tiġi infettata bil-virus.

Ekonomija

Sport