Thursday, December 26, 2024

Tliet snin u erba’ xhur ħabs wara li ammetta li seraq oġġetti minn karozza

Aqra wkoll

Raġel ta’ 42 sena miż-Żurrieq kien ikkundannat tliet snin u erba’ xhur ħabs wara li nstab ħati, fuq ammisjoni tiegħu stess, b’serq ta’ diversi oġġetti minn karozza.
Francois Cumbo ġie mixli li fl-4 ta’ Ottubru tal-2022, wettaq serq minn karozza f’Ħaż-Żabbar, fosthom earbuds, Ipad u laptop. Huwa ammetta l-akkużi kollha miġjuba kontrih.

Il-Qorti tal-Maġistrati, ippreseduta mill-Maġistrat Nadine Sant Lia qalet li l-imputat ilu għal dawn l-aħħar 13 -il sena jingħata ċansijiet sabiex jibdel ħajtu. Il-Qorti kkunsidrat r-rappot li sar minn social worker, li juri li l-akkużat ilu għal snin twal jabbuża mid-droga.

Il-Qorti, minbarra li kkundannatu tlett snin u erba’ xhur ħabs, ħarġet ordni sabiex huwa jingħata t-trattament għal perjodu ta’ tlett snin minħabba l-vizzju tad-droga. Huwa ngħata multa ta’ €3,733 fi spejjeż tal-karozza.

Ekonomija

Sport