Wednesday, July 24, 2024

Jonqsu l-kuntratti u jiżdiedu l-konvenji f’Novembru

Aqra wkoll

FʼNovembru tal-2023, il-kuntratti taʼ bejgħ u l-konvenji taʼ proprjetajiet residenzjali ammontaw għal 1,001 u 1,232 rispettivament. Meta mqabblin maʼ dawk irreġistrati fl-istess xahar taʼ sena qabel, dawn iċ-ċifri juru tnaqqis taʼ 22.6 fil-mija fil-kuntratti taʼ bejgħ u żieda taʼ 6.7 fil-mija fil-konvenji.

Statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) turi li f’Novembru li għadda, 92.9 fil-mija tal-kuntratti kienu jikkonsistu minn xerrejja individwali (familji), filwaqt li kważi l-bqija tal-kuntratti l-oħra kienu magħmula minn kumpaniji. 

Il-valur tal-kuntratti li jinvolvu xerrejja individwali (familji) kien jammonta għal €211.6 miljun, li huwa ekwivalenti għal 82.4 fil-mija tal-valur totali.

L-akbar għadd taʼ kuntratti taʼ bejgħ kien irreġistrat fid-Distrett tat-Tramuntana tal-Port u fid-Distrett tat-Tramuntana, bʼtotal taʼ 292 u 191 kuntratt rispettivament. L-inqas numri taʼ kuntratti kienu nnotati fid-Distrett tal-Punent u fid-Distrett taʼ Għawdex u Kemmuna bʼ117 u b’120 kuntratt rispettivament.

L-akbar ammont taʼ kuntratti taʼ bejgħ kien irreġistrat fʼdawn il-lokalitajiet: San Pawl Il-Baħar (99), Birkirkara (49) u l-Imsida (43). 

Ekonomija

Sport