Friday, December 27, 2024

Tliet studenti jitilfu ħajjithom f’attakk fi skola fl-Istati Uniti

Aqra wkoll

Żagħżugħ ta’ 19-il sena fetaħ in-nar fl-iskola ta’ St. Louis f’Missouri l-Istati Uniti u qatel żewġ persuni u ħalla seba’ oħra feruti. L-uffiċjali tal-pulizija qalu li huma qatlu lill-aggressur fuq il-post. 

Il-Kummissarju tal-Pu­li­zija Mike Sack waqt konferenza tal-aħbarijiet qal li s’issa ma jidher li hemm l-ebda motiv għal din il-vjolenza u s-suspetti huma li l-aggressur kien qiegħed ibati minn mard mentali. 

Studenti li kienu qed jaħarbu mill-iskola Central Visual and Performing Arts High School waqt il-ħin tal-attakk qalu mal-pulizija – li kienu waslu fuq il-post – li l-aggressur kien armat b’senter.  Immedjatament il-pulizija daħlu f’din l-iskola u skambjaw xi tiri mal-aggressur fejn tal-aħħar intlaqat u miet fuq il-post. Is-sitwazzjoni ġiet ik­kontrollata 15-il minuta wara li waslet l-ewwel talba għall-għajnuna. 

L-aggressur kien identifikat bħala Orlando Harris ta’ 19-il sena li kien iggradwa minn din l-istess skola s-sena li għaddiet. Hu kellu kondotta nadifa. 

Ekonomija

Sport