Wednesday, October 30, 2024

Tliet studenti Palestinjani jintlaqtu minn tiri qrib Università fl-Istati Uniti

Aqra wkoll

Il-familji ta’ tliet studenti Palestinjani li ntlaqtu minn tiri f’Vermont is-Sibt li għadda qed iħeġġu lill-pulizija sabiex jinvestigaw jekk dan l-attakk kienx reat ta’ mibegħda. 

Hisham Awartani, Tahseen Ahmed u Kinnan Abdalhamid kienu kkonfrontati minn raġel u allegatament dan spara fuqhom qrib l-Università ta’ Vermont.

L-uffiċjali qed jinvestiga l-mottiv wara dan l-attakk, iżda l-vittmi saħqu li kienu lebsin il-keffiyah – xalla tradizzjonali tal-pajjiż – u kienu qed jitkellmu bl-Għarbi. 

Il-Pulizija jinsabu għaddejjin bit-tfittxijiet għall-allegat aggressur. Il-Kap tal-Pulizija ta’ Burlington Jon Mura qal li tnejn mill-vittmi jinsabu f’kundizzjoni stabbli filwaqt li t-tielet persuna sofriet ġrieħi aktar serji.

Rich Price, li jiġi z-ziju ta’ wieħed mill-vittmi, qal li t-tlitt irġiel, li għandhom mal-20 sena, kienu qed jattendu għal festin f’għeluq snin tifel ta’ tmien snin. “F’inqas minn ħames minuti li telqu minn darna, smajna s-sireni u rajna d-dwal tal-karozzi tal-pulizija jgħaddu minn quddiemna. U dak il-ħin, ħsibna li seta’ ġara xi ħaġa serja. Ma konniex nafu li fost il-feruti kien hemm in-neputi u sħabu,” qal Price. 

Il-Kunsill dwar ir-relazzjonijiet Amerikani-Iżlamiċi qed joffri premju ta’ $10,000 għal informazzjoni li tista’ twassal għall-arrest tal-aggressur. 

Sport