Saturday, October 19, 2024

Tliet timijiet Maltin fil-Kampjonat Ewropew tas-Snooker tal-Irgiel

Aqra wkoll

Il-Ħadd tibda l-aħħar parti il-Kampjonat Ewropew tas-Snooker li qed isiru f’Albufiera, l-Portugal. Din tkun il-kategorija tat-timijiet tal-irgiel fejn fiha ser jieħdu sehem sitt players Maltin, li huma ragruppati fi tliet timijiet differenti.

Fil-Portugal flimkien maċ-Champion Lokali, Aaron Busuttil, Alex Borg u Philip Ciantar issa ngħaqdu Chris Peplow, Isaac Borg u Joseph Casha li ser ikunu fost 24 tim min 13 -il pajjiz li ser jieħdu sehem fl-aħħar erba’ ġranet ta’ kompettizjoni li jiġu fi tmiemhom il-Erbgħa li ġej.

Fl-ewwel fażi, dik tal-gruppi, kull tim irid jilgħab kontra tlett pajjiżi oħra peress li b’kollox hemm tmien gruppi b’erba’ timijiet. It-tliet timijet Maltin ser ikunu ffurmati hekk; Malta 1 – Aaron Busuttil u Chris Peplow, Malta 2 – Alex Borg u ibnu Isaac Borg, Malta 3 – Joseph Casha u Philip Ciantar.

Malta 1 telgħu fil-polza fi Grupp E telgħu kontra, Polonja 2, Irlanda 1 u Ukranja 1, Malta 2 fi Grupp F iridu jilgħabu kontra l-Ġermanja, Belġju 2 u Irlanda 2 filwaqt li l-avversarji ta’ Malta 3 ser ikunu Franza 2, Polonja 3 u Portugal 1.

Matul il-jum tal-Ħadd kull tim Malti jrid jilgħab darbtejn, bl-aħħar partiti tal-gruppi isiru t-Tnejn. Dak in-nhar stess tard filgħaxija tibda l-fażi tan-knock bl-aħħar 16 -il tim.

Il-players Maltin li marru l-Portugal is-Sibt huma akkumpanjati mis-Segretarju Generali tal-Malta Billiards & Snooker Association, Lothar Mallia.

Il-fixtures tal-Ħadd li fihom ser jieħdu sehem it-tliet timijiet Maltin huma dawn:

11.00 a.m.Joseph Casha/Philip Ciantar (Malta 3)vsFabian Monnin/Brian Ochoiski (Franza 2)
2.30 p.m.Aaron Busuttil/Chris Peplow (Malta 1)vsMaciej Kusak/Sebastian Milewski (Polonja 2)
2.30 p.m.Alex Borg/Isaac Borg (Malta 2)vsChristian Richter/Lennart Tomei (Ġermanja)
2.30 p.m.Joseph Casha/Philip Ciantar (Malta 3)vsMichał Kotiuk/Michał Szubarczyk (Polonja 3)
5.00 p.m.Aaron Busuttil/Chris Peplow (Malta 1)vsMark Gleeson/Benny O’Brien (Irlanda 1)
5.00 p.m.Alex Borg/Isaac Borg (Malta 2)vsSteven Termote/Tom Vanwelssenaers (Belġju 2)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport