Libjan ta’ 33 sena kien ikkundannat tliet xhur ħabs wara li ammetta li weġġa’ numru ta’ pulizija waqt li kien fis-sakra.
Rammi Rajab Ali Ratima, kien mixli li fil-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt ikkawża ġrieħi gravi fuq xi pulizija.
Il-Qorti semgħet kif il-pulizija pruvat twaqqaf lil-Libjan meta dan tal-aħħar spiċċa kkawżalhom ġrieħi gravi waqt li pprova jaħrab.
Huwa wieġeb ħati tal-akkużi miġjubin kontrih, skuża ruħu ta’ dak li għamel u ammetta wkoll li kien xurban.
Minbarra s-sentenza ta’ ħabs huwa kien immultat €3,000 u ordnat isegwi programm kontra l-vizzju tax-xorb.