Monday, May 13, 2024

It-tim nazzjonali taż-żgħażagħ jieħu sehem f’turnament fil-Polonja

Aqra wkoll

It-tim nazzjonali Malti tat-table tennis qed jieħu sehem fil-kampjonat Ewropej taż-żgħażagħ li qed isiru fil-belt Pollakka ta’ Gliwice.

Fl-ewwel ġurnata bdew jintlagħbu l-logħbiet tal-gruppi fejn il-plejers Maltin lagħbu kontra oppożizzjoni ferm iebsa.

Fil-Juniors, is-subien tilfu bl-iskor identiku ta’ 3-0 kontra l-Bulgarija u l-Portugall filwaqt li l-bniet tilfu 3-1 mal-Iżvizzera u 3-0 kontra l-Bulgarija .

Fil-kategorija tal-Cadets, il-Maltin tilfu 3-0 kemm kontra l-Lussemburgu kif ukoll kontra l-Montenegro.

Illum jintlagħbu l-aħħar logħbiet tal-grupp fejn il-Maltin jaffaċċjaw avversarji mill-Olanda, mil-Latvja u l-Iżlanda.

Sport