Monday, May 13, 2024

Tlieta arrestati u akkużati fuq il-qtil ta’ attivist fil-Kanada

Aqra wkoll

Tliet Indjani ġew arrestati u akkużati dwar il-qtil ta’ mexxej separatista Sikh fil-Kanada, liema qtil qanqal tilwima diplomatika kbira bejn iż-żewġ pajjiżi.

Hardeep Singh Nijjar, ta’ 45 sena, inqatel b’tiri f’Ġunju li għadda minn irġiel li kienu armati, bil-każ, li seħħ f’parkeġġ f’Vancouver.

Nhar il-Ġimgħa, meta ħabbar l-arresti, is-Supretendent Mandeep Mooker qal li t-tliet suspettati kienu Karan Brar ta’ 22 sena, Kamal Preet Singh ta’ 22 sena u Karan Preet Singh ta’ 28 sena.

Huwa qal li l-akkużati kienu ilhom jgħixu f’Edmonton, Alberta fejn ġew arrestati. It-tleta li huma, ġew akkużati bi qtil, kif ukoll b’konfoffa biex isir qtil.

Il-Pulizija żiedet tgħid li l-Pulizija qed ikomplu l-investigazzjonijiet, inkluż dwar konnessjonijiet mal-gvern tal-Indja.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport