Saturday, December 28, 2024

Tlieta jindarbu f’inċident tat-traffiku fir-Rabat Għawdex

Aqra wkoll

Tliet persuni ndarbu wara li aktar kmieni għall-ħabta tat-8:30 a.m kienu involuti f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq l-Imġarr, r-Rabat, Għawdex. 

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn tliet vetturi – Leyland misjuq minn raġel ta’ 69 sena residenti l-Munxar, Toyota Belta misjuqa minn raġel ta’ 52 sena residenti l-Għarb u Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 61 sena residenti s-Sannat. Fit-Toyota Vitz, kien hemm ukoll mara ta’ 81 sena. 

Fil-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tat-Toyota Belta u liż-żewġ nisa l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għal aktar attenzjoni medika. Aktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat bi ġrieħi ħfief, il-mara ta’ 61 sena ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi filwaqt li l-anzjana ġiet iċċertifikata bi ġrieħi serji. 

Il-Maġistrat tal-Għassa Simone Grech ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta. 

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ. 

Ekonomija

Sport