Friday, July 26, 2024

AĠĠORNAT: Il-Pulizija jkollha tuża taser gun biex tikkontrolla l-ġlieda kbira f’Paceville

Aqra wkoll

Il-Pulizija kellha tirrikorri għall-użu ta’ taser gun biex tikkontrolla ġlieda kbira fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu li seħħet fi stabbiliment tal-ikel f’Paceville. Il-Pulizija kienet informata bil-ġlieda fi Triq Gort għall-ħabta tas-1.00 a.m.

Il-Pulizija tad-Distrett flimkien mal-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit (RIU) marru minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li kien qam argument fi stabbiliment tal-ikel bejn grupp ta’ madwar 50 persuna u kien hemm tliet persuni feruti bi bżonn ta’ assistenza medika. 

Għalhekk issejħu fuq il-post l-ambulanzi u ħadu lill-persuni feruti – Libjan ta’ 34 sena, Libjan ta’ 33 sena u Irlandiża ta’ 36 sena – l-Isptar Mater Dei. Il-kundizzjoni medika tagħhom għadha pendenti. 

Peress li fuq il-post kien hemm madwar 50 persuna, il-Pulizija bdiet iżomm in-nies kollha biex jiġi stabbilit min kien involut f’dan l-argument.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija sabiex ikunu stabbiliti aktar dettalji b’rabta mal-każ għadhom għaddejjin. 

Ritratt: Times of Malta

Ekonomija

Sport