Sunday, November 24, 2024

Tlieta jmutu wara impatt bejn żewġ ħelikopters waqt operazzjoni tat-tifi tan-nar f’Kalifornja

Aqra wkoll

Mill-inqas tliet persuni mietu wara li ħelikopter iġġarraf f’Kalifornja, fl-Istati Uniti. Huma kienu għaddejjin b’operazzjoni biex jiġu kkontrollati n-nirien.

L-inċident seħħ ilbieraħ, meta ħames membri tal-ekwipaġġ fuq żewġ ħelikopters separati, li wkoll huma parti mill-Ħaddiema tat-Tifi tan-Nar, issejħu biex jassistu nirien qawwija qrib Cabazon.

Jirriżulta li għal xi raġuni ż-żewġ ħelikopters ħabtu flimkien, wieħed minnhom irnexxielu xorta jillandja b’mod sigur filwaqt li l-ieħor iġġarraf fejn mietu t-tliet ħaddiema.

Il-vittmi ġew identifikati fuq il-post. David Fulcher, il-Kap tat-Tifi tan-Nar tar-reġjun iddeskriva dak li ġara bħala “traġedja kbira”.

Fulcher, waqt li kien qed jitkellem mal-midja qal li “tlifna tliet persuni. Tliet missirijiet, tlett irġiel tal-familja, tlett iħbieb tiegħi personali”.

Il-ħelikopters kienu qegħdin jintużaw bħala osservazzjoni u biex jagħtu tagħrif mill-ajru lill-ħaddiema tat-tifi tan-nar li kienu qegħdin jikkontrollaw in-nirien mill-art.

Sport