Thursday, December 26, 2024

Tlieta jsofru ġrieħi gravi f’argument f’Ħaż-Żabbar

Aqra wkoll

Tlett irġiel ittieħdu ċ-ċentru tas-saħħa wara li lbieraħ, għall-ħabta tal-11:00 p.m., kienu involuti f’argument fi Triq Santa Tereża, Ħaż-Żabbar.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li tliet Indjani ta’ 30, 31 u 26 sena, kollha residenti Ħaż-Żabbar, kellhom argument ma’ numru ta’ persuni li wara ħarbu minn fuq il-post.

It-tliet Indjani marru fl-eqreb ċentru tas-saħħa għall-kura meħtieġa. Aktar tard, huma kienu ċċertifikati li sofrew ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport