Monday, November 11, 2024

Tlieta l-Isptar wara ħabta fil-Belt Valletta

Aqra wkoll

Tlitt irġiel kellhom jittieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku fil-Belt Valletta.

Kien għall-ħabta tal-11.00 a.m. fi Triq il-Mediterran meta l-Pulizija kienu infurmati li seħħet ħabta bejn Toyota IQ misjuqa minn raġel ta’ 23 sena resdenti l-Belt Valletta u Opel Crossland misjuqa minn raġel ta’ 23 sena residenti Raħal Ġdid.

Passiġġiera fit-Toyota IQ kien hemm raġel ta’ 24 sena residenti San Ġwann u ieħor ta’ 22 sena resodenti l-Belt Valletta.

Fuq il-post issejħet minnufih għal ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-Opel u ż-żewġ passiġġiera li kienu fit-Toyota l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa. Is-sewwieq tat-Toyota ma sofra mill-ebda ġrieħi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport