Raġel armat qatel tliet persuni u ħalla oħrajn midrubin fosthom tlieta minnhom fi stat kritiku, f’wieħed mill-akbar shopping malls tad-Danimarka.
Żagħżugħ ta’ 22 sena ġie arrestat u qed akkużat bl-attakk li qanqal paniku fost ix-xerrejja fin-Nofsinhar ta’ Copenhagen.
Il-Kap tal-Pulizija Soeren Thomassen qal li l-mottiv wara dan l-attakk għadu mhuwiex ċar u li l-pulizija mhix teskludi li dan seta’ kien attakk terroristiku.
Il-Prim Ministru Mette Frederiksen qalet li d-Danimarka sofriet attakk krudili.
Filwaqt li bagħtet il-kondoljanzi lil dawk li tilfu lill-maħbubin, appellat lid-Daniżi biex joqogħdu flimkien u jappoġġjaw lil xulxin f’dan iż-żmien diffiċli.
“Id-Danimarka ntlaqtet minn attakk krudili l-Ħadd bil-lejl. nqatlu. Fost il-vittmi u dawk midrubin hemm familji innoċenti li kienu qed jixtru jew jieklu barra. Tfal, adoloxxenti u adulti”, tenniet Frederiksen.