Wednesday, April 24, 2024

Wimbledon: Tħobbu jew tobogħdu … Nick Krygios jibqa’ l-protagonista

Aqra wkoll

Il-konfront bejn il-kontroversjali Awstraljan, Nick Krygios, u l-Grieg Stefanos Tsitsipas, mit-tielet round tat-tournament ta’ Wimbledon li ntemm tard is-Sibt fil-għaxija kien wieħed sħun u drammatiku li ġie mirbuħ minn tal-ewwel. Anke l-logħba bejn Rafael Nadal u t-Taljan, Lorenzo Sonego, ma kinitx nieqsa mill-krotroversja. 

Kyrgios issielet lura biex elimina lill-Grieg seed num­ru 4, Tsitsipas, u wasal għar-raba’ round f’konfront drammatiku tan-nar ta’ er­ba’ sets li ra liż-żewġ players jingħataw twissijiet mill-umpire.

F’partita notevoli u mimlija inċidenti, Kyrgios sejjaħ biex Tsitsipas jiġi kkastigat wara li l-player ta’ 23 sena tefa’ ballun fil-folla wara li tilef it-tieni set u falla li jolqot spettatur għal ftit.

Sa dak il-ħin Krygios kien diġà rċieva twissija għal oxxenità, filwaqt li Tsitsipas ingħata penalitá ta’ punt għat-tieni ksur tal- kodiċi hekk kif wieġeb għal sav ta’ taħt id-driegħ billi laqat il-ballun bogħod bi frustrazzjoni.

Iżda kien Kyrgios, kwarti-finalista fl-2014 li eventwalment għadda b’tie-break affaxxinanti fir-raba’ set, u ssiġġilla r-rebħa fit-tieni match point tiegħu biex rebaħ 6-7 (2-7) 6-4 6-3 7-6 (9-7) quddiem folla pjaċevoli taħt is-saqaf ta’ Court One.

Issa Krygios se jilgħab kontra l-Amerikan, Brandon Nakashima, 20 sena, wa­ra li n-numru 56 tad-dinja għeleb lill-Kolombjan Da­niel Galan.

F’logħba oħra li saret is-Sibt filgħaxija, Nadal għad­da għall-aħħar 16 ukoll meta għeleb lit-Taljan, Lo­renzo Sonego, 6-1 6-2 6-4.

Nadal jgħid li kien “żbaljat” li ħa lil Sonego ħdejn ix-xibka hekk kif “l-aqwa partita” tiegħu f’Wimbledon din is-sena spiċċat fuq nota rritabbli.

Iżda din spiċċat bl-ibbuwjar hekk kif Nadal kompla d-diskussjoni ma’ Sonego, wara li tkellmu fit-tielet set.

“Ikolli ngħid li kont żbaljat. Allura niskuża ruħi għal dan. L-iżball tiegħi f’dan. L-ebda problema. Nammetti dan.”

Is-saqaf beda jingħalaq b’Nadal 4-2 minn fuq fit-tielet set, u hawnhekk wera li ma kienx kuntent bl-interruzzjoni.

Il-Britanniku Cameron Norris waqqaf il-mixja tal- Amerikan, Tommy Paul, meta eliminah fi tliet sets, 6-4 7-5 6-4, waqt li l-kompatrijott ta’ dan, Frances Tiafoe, messitu l-istess xorti meta ltaqa’ kontra l-Belġjan, David Goffin, tant li kellu jbaxxi rasu meta eliminah f’logħba ta’ ħames sets, 7-6 (7-3) 5-7 5-7 6-4 7-5.

Fil-kategorija femminili ċ-Ċeka Marie Bouzkova għel­bet lill-Franċiża Caroline Garcia, 7-5 6-2, li fir-round ta’ qabel ħolqot l-ikbar sorpriża s’issa meta għelbet lin-numru wieħed tad-dinja u favorita li tirbaħ it-tournament, il-Pollakka Iga Swiatek.

Il-player mil-Latvja, rebbieħa tal-French Open fl-2017, Jelena Ostapenko, kel­lha tbaxxi rasha meta sfat megħluba fi tliet sets mill- Ġermaniża, Tatjana Marie, 5-7 7-5 7-5.

L-unika Britannika li kien fadal f’din il-kategorija, Heatherv Watson, ġiet eliminata wkoll meta l-Ġermaniża l-oħra, Jule Nie­meier, għelbitha f’żewġ sets, 6-2 6-4.

Sport