Monday, December 23, 2024

“Tlifna t-tarbija tagħna… bl-emenda nistgħu nisimgħu t-tfal tagħna jsejħulna ma u pa”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt l-intervent tiegħu fl-attività politika tal-Partit Laburista f’Santa Luċija, persuna mill-pubbliku qasam l-esperjenza qarsa tiegħu rigward twelid ta’ tarbija li sofriet minn kundizzjoni rari magħrufa bħala gangliosidosis wara tliet xhur mit-twelid tagħha.

Din il-kundizzjoni hija kundizzjoni fl-iżvilupp li f’ċertu età, l-iżvilupp imur lura sakemm sfortunatament it-tarbija tmut. Huwa spjega li fid-dinja għad m’hawn kura għaliha u minbarra hekk kien żmien il-Covid u ddeċidew li jħalluha d-dar biex tkun komda. Huwa spjega li bintu mietet tliet xhur ilu fl-età ta’ sentejn u saru jafu li din il-kundizzjoni hija ġenetika. Skopra li dan ifisser li kull wild li jkollhom hu u s-sieħba tiegħu se tkun tbati b’din l-istess kundizzjoni għax hija waħda ġenetika. Minkejja li teżisti kura tal-IVF barra minn Malta, huma ma jaffordjawx u din il-ġimgħa l-Prim Ministru ħabbar li se jkun qiegħed jagħmel l-emenda fil-liġi biex finalment se jkunu jistgħu jaslu fil-ġurnata li xi ħadd isejħilhom ma jew pa. Mistoqsi kemm se jkun hemm bżonn żmien biex jekk kemm il-darba jingħata l-fiduċja, dawn il-koppji jingħataw l-għajnuna li għandhom bżonn, il-Prim Ministru kien ċar. Spjega li l-arloġġ itektek huwa kontra dawn il-koppji u għalhekk jekk il-poplu jagħtih il-fiduċja, fi żmien 100 jum dawn l-emendi jkunu quddiem il-parlament u jiġu approvati.

“Kif tista’ tibqa’ sieket quddiem dawn ir-realtajiet?!” Kompla Abela filwaqt li tkellem dwar koppji li ltaqa’ magħhom li kienu mkissrin bis-sofferenza li għaddejjin minnhom bl-istess problema. Huwa qal li bħala Prim Ministru ma jista’ qatt iċaħħad lil dawn il-koppji milli jsiru ġenituri. 

Hawnhekk, il-Prim Ministru Abela ħabbar li se jitwessgħu l-proċeduri legali biex jibdew jintużaw teknoloġiji ġodda. Barra minn hekk, gvern Laburista se jkun qiegħed jagħti l-opportunità lill-ġenituri li jixtiequ jagħmlu t-tieni proċess tal-IVF. Bl-istess mod se tiġi emendata l-liġi li tipprojbixxi koppji li jkollhom wild b’mod naturali li jmorru għall-proċess tal-IVF biex b’hekk hu x’inhu l-istat tal-koppji, il-gvern se jkun qiegħed jagħti l-istess opportunitajiet ugwali lill-koppji ġenituri prospettivi kollha f’pajjiżna stess.

Ekonomija

Sport