Transport Malta qed tinvestiga dwar il-ħruġ ta’ dokumenti tas-sewqan minn paġna online fuq il-midja soċjali.
Meta mistoqsijin minn inewsmalta dwar jekk humiex mgħarrfa b’din il-paġna li qed tirreklama l-iffalsifikar ta’ dokumenti tas-sewqan għal dawk li “qegħdin isibu diffikultà biex jiksbu dan id-dokument”, l-awtorità kkonċernata kkonfermat li għaddejja investigazzjoni interna.
Il-paġna fuq Facebook qed tiggarantixxi l-bejgħ ta’ dan id-dokument li huwa “oriġinali u validat” mingħajr problemi.