Saturday, December 21, 2024

TM tispezzjona 14-il vettura u toħroġ 54 kontravenzjoni

Aqra wkoll

Aktar kmieni din il-ġimgħa, l-Vehicle Inspection Unit fi ħdan Transport Malta għamlet spot check fin-Naxxar. Waqt din l-ispot check ġew spezzjonati 14-il vettura, u fejn minnhom inħarġu 54 kontravenzjoni. Apparti minn hekk ġew ukoll ikkonfiskati pjanċi minn żewġ vetturi. Trakk kien miżun fit-triq u mbagħad skortat ‘il bogħod biex inaqqas il-piż biex ikun konformi mar-regolamenti.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Transport Malta, is-Sur Jonathan Borg stqarr li dawn il-kontrolli fuq il-post huma kruċjali biex tiġi żgurata s-sigurtà fit-toroq u l-konformità mar-regolamenti. Saħaq ukoll fuq l-importanza ta’ spezzjonijiet regolari tal-vetturi biex jiġu evitati inċidenti u tinżamm l-integrità tan-netwerk tat-toroq ta’ pajjiżna. Il-Vehicle Inspection Unit se tkompli twettaq dawn il-verifiki fuq il-post biex iżomm l-istandards tas-sigurtà u l-konformità tal-vetturi.

Dawn il-kontrolli fuq il-post mhux biss iservu biex jinfurzaw ir-regolamenti iżda wkoll biex jedukaw u jqajmu kuxjenza fost is-sidien tal-vetturi u s-sewwieqa. Billi tagħmel dawn il-kontrolli, Transport Malta għandha l-għan li toħloq kultura ta’ responsabbiltà fi ħdan il-komunità. Is-suċċess tal-spot check tal-lum juri l-impenn ta’ Transport Malta li tagħti prijorità lis-sikurezza fit-toroq u li żżomm l-istandards tal-konformità tal-vetturi.

Ekonomija

Sport