Sunday, December 22, 2024

TM twaqqaf 83 vettura f’aktar spezzjonijiet

Aqra wkoll

Bil-għan li dejjem tinżamm is-sigurtà fit-toroq anki fi żmien il-festi, l-Awtoritá tat-Trasport f’Malta, flimkien mal-Korp tal-Pulizija, kompliet twettaq spezzjonijiet fit-toroq. Waqt operazzjoni f’San Pawl il-Baħar twaqqfu b’kollox 83 vettura, li rriżultaw fi 17 -il kontravenzjoni.

B’riżultat ta’ din l-ispezzjoni, żewġ vetturi bi pjanċi barranin ġew sekwestrati minħabba ksur serju fir-regolamenti tat-traffiku.

Is-Sur Jonathan Borg, il-Kap Eżekuttiv tal-Awtoritá tat-Trasport, irringrazzja l-Uffiċjali tal-ħidma siewja tagħhom tul dan iż-żmien ta’ festi filwaqt li stqarr dwar l-importanza li kull sewwieq josserva r-regolamenti tat-traffiku kemm għall-beneffiċju tiegħu nnifsu kif ukoll għal ta’ madwaru. Għal dan il-għan operazzjonijiet ta’ din ix-xorta huma meħtieġa biex jiġu infurzati l-istess regolamenti filwaqt li jkollna ambjent sigur għal kulħadd

Transport Malta tagħmel dan ix-xogħol ta’ infurzar b’mod regolari tul is-sena kollha, iżda żżid l-isforzi tagħħa tul iż-żmien ta’ festi. L-iskop aħħari ta’ dawn l-ispezzjonijiet huwa li toħloq kuxjenza sabiex ikollna toroq aktar sikuri għall-ġid ta’ kulħadd.

Ekonomija

Sport