Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, fi Vjenna ġie organiżżat il- Grand Prix ta’ Vienna 2023. Jurgen Balzan kellu tmiem il-ġimgħa tajba kemm fil-kompetizzjoni Individwali kif ukoll tat-timijiet.
Is-Sibt fil-kompetizzjoni individwali, Balzan kien semifinalist tal-kategorija Open. Huwa rebaħ il-logħbiet kollha tal-grupp tiegħu biex b’hekk għada il-fażi tal-grupp b’punti massimi. Jurgen Balzan tilef is-semifinali bl-iskor ta’ 2-0, kontra il-plejer Massimiliano Nastasi ta’ Bologna Tigers.
Il-Ħadd kien ukoll finalist flimkien mat-tim tiegħu St Stembert. Balzan kellu turnament tajjeb. It-tim kien iffurmat mil-kaptan Daniel Scheen, Pascal Scheen, Melina Scheen, Noe Scheen, Jurgen Balzan u Nicole Abela. Fil-finali lagħbu kontra it-tim Taljan Bologna Tigers u tilfu bl-iskor ta’ 3-1.
Jurgen Balzan bħalissa qiegħed klassifikat fl-erbatax-il post tal-klassifika dinjija tal-FISTF.