Tuesday, December 24, 2024

Tmien persuni jmutu f’nirien f’showroom tal-e-scooters fl-Indja

Aqra wkoll

Nirien li żvolġew f’showroom tal-iscooters elett­riċi ġewwa l-Indja ħallew minn tal-inqas tmien persuni mejtin u 11 feruti.

Matul din is-sena kien hemm numru ta’ każijiet ta’ nirien f’showrooms li jbigħu e-scooters u skont investigazz­jonijiet li kienu saru rriżulta li aktarx dawn qed iseħħu minħabba difetti fil-batteriji. F’dawn l-aħħar il-gvern Indjan ippromwova ħafna l-użu tal-e-scooters hekk kif dawn huma meqjusa bħala parti mis-soluzzjoni biex jitnaqqis it-tniġġis tal-arja f’dan il-pajjiż.

Dan l-iktar każ riċenti seħħ f’showroom li tinsab ġewwa lukanda fil-belt ta’ Secunderabad u sfortunatament jidher li l-maġġoranza tal-vittmi kienu residenti f’din il-lukanda. Minħabba l-ammont kbir ta’ duħħan li kien hemm, għadd ta’ residenti fis-sulari ta’ fuq kellhom saħanistra jiġu evakwati permezz ta’ krejn 

Min-naħa tagħhom il-ħad­diema tat-tifi tan-nar kkontrollaw in-nirien f’ħin pjuttost qasir, u l-awtoritajiet bdew investigazzjoni. S’issa għadu mhux magħruf eżatt x’wassal għal dan il-każ, u lanqas hu magħruf eżatt minn fejn beda. 

Ekonomija

Sport